{"id":9164,"date":"2026-11-10T10:04:44","date_gmt":"2026-11-10T10:04:44","guid":{"rendered":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/?p=9164"},"modified":"2026-11-10T10:12:33","modified_gmt":"2026-11-10T10:12:33","slug":"xjenza-malta-tniedi-s-shubija-ewropea-ghall-wirt-kulturali-reziljenti-fmalta","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/2026\/11\/10\/xjenza-malta-tniedi-s-shubija-ewropea-ghall-wirt-kulturali-reziljenti-fmalta\/","title":{"rendered":"Xjenza Malta tniedi s-S\u0127ubija Ewropea g\u0127all-Wirt Kulturali Re\u017ciljenti f\u2019Malta"},"content":{"rendered":"<p>Waqt avveniment organizzat minn Xjenza Malta, li g\u0127aliha kien hemm pre\u017centi l-Ministru Clifton Grima u l-Ministru Malcolm Paul Agius Galea, \u0121iet imnedija s-S\u0127ubija Ewropea g\u0127all-Wirt Kulturali Re\u017ciljenti. Din is-s\u0127ubija hija kofinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta&#8217; Horizon Europe, il-programm ewlieni tal-Unjoni Ewropea g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni.<\/p>\n<p>Din is-S\u0127ubija g\u0127andha l-g\u0127an li tenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni internazzjonali fir-ri\u010berka u l-innovazzjoni biex jit\u0127ares il-wirt kulturali minn sfidi b\u0127at-tibdil fil-klima u pressjonijiet o\u0127ra ambjentali.<\/p>\n<p>Matul perjodu ta&#8217; disa&#8217; snin, bejn l-2026 u l-2035, is-s\u0127ubija se tlaqqa&#8217; flimkien 90 organizzazzjoni minn 30 pajji\u017c differenti biex jikkollaboraw fir-ri\u010berka, jiskambjaw l-g\u0127arfien u ji\u017cviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jsa\u0127\u0127u l-protezzjoni u r-re\u017ciljenza fit-tul tal-wirt kulturali.<\/p>\n<p>Il-parte\u010bipazzjoni ta&#8217; Malta, iffa\u010bilitata u kkoordinata minn Xjenza Malta, tirrifletti l-importanza li ji\u0121i protett il-wirt kulturali rikk ta&#8217; pajji\u017cna, inklu\u017c il-bini storiku, is-siti arkeolo\u0121i\u010bi, il-wirt storiku u arkeolo\u0121iku ta&#8217; ta\u0127t il-ba\u0127ar, l-g\u0127arfien tradizzjonali u l-prattiki kulturali.<\/p>\n<p>Il-Gvern alloka \u20ac3.5 miljun fuq seba&#8217; snin biex Malta tipparte\u010bipa fis-S\u0127ubija, inklu\u017c \u20ac500,000 g\u0127all-ewwel sej\u0127a, biex tissa\u0127\u0127a\u0127 il-kapa\u010bit\u00e0 nazzjonali tar-ri\u010berka u l-kollaborazzjoni internazzjonali f&#8217;dan il-qasam.<\/p>\n<p>Il-Ministru g\u0127all-\u0120ustizzja, ir-Ri\u010berka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, enfasizza l-kontribut kritiku tar-ri\u010berka u l-innovazzjoni fil-\u0127arsien tal-wirt kulturali. \u201cDan l-avveniment jimmarka pass importanti fil-parte\u010bipazzjoni ta&#8217; Malta f&#8217;inizjattiva Ewropea li ti\u0121bor flimkien ir-ri\u010berka, l-innovazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, bil-g\u0127an li ji\u0121u indirizzati w\u0127ud mill-isfidi l-aktar ur\u0121enti li jaffettwaw il-wirt komuni tag\u0127na. Ix-xjenza u t-teknolo\u0121ija jg\u0127inu biex nifhmu l-impatt fuq il-wirt tag\u0127na, nidentifikaw ir-riskji emer\u0121enti u ni\u017cviluppaw mi\u017curi preventivi. Madankollu, il-\u0127arsien tal-wirt tag\u0127na jitlob aktar minn sempli\u010bi teknolo\u0121ija. Je\u0127tie\u0121 kollaborazzjoni bejn xjentisti u stori\u010bi, in\u0121iniera u konservaturi, awtoritajiet pubbli\u010bi u negozji, ri\u010berkaturi u komunitajiet. Irridu ng\u0127aqqdu g\u0127arfien \u0121did mal-kompetenza tradizzjonali u skoperta xjentifika mal-esperjenza prattika. Dan l-appro\u010b\u010b huwa l-ba\u017ci tal-parte\u010bipazzjoni ta&#8217; Malta fis-S\u0127ubija Ewropea g\u0127al Wirt Kulturali Re\u017ciljenti,&#8221; sostna l-Ministru Grima.<\/p>\n<p>Il-Ministru g\u0127all-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea, sa\u0127aq dwar l-importanza li ji\u0121i ppreservat il-wirt kulturali ta&#8217; Malta. \u201cIl-wirt kulturali tag\u0127na mhuwiex biss riflessjoni tal-istorja u tal-identit\u00e0 nazzjonali tag\u0127na, i\u017cda wkoll wirt li g\u0127andna r-responsabbilt\u00e0 li n\u0127arsu u nissalvagwardjaw g\u0127all-\u0121enerazzjonijiet futuri. Hekk kif it-tibdil fil-klima qed jo\u0127loq sfidi \u0121odda g\u0127all-preservazzjoni tal-wirt kulturali tag\u0127na, je\u0127tie\u0121 li nsa\u0127\u0127u l-impenn tag\u0127na lejn il-konservazzjoni sostenibbli, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali. Il-parte\u010bipazzjoni ta&#8217; Malta fis-S\u0127ubija Ewropea g\u0127all-Wirt Kulturali Re\u017ciljenti tirrappre\u017centa opportunit\u00e0 importanti sabiex nibnu fuq l-isforzi li di\u0121\u00e0 qed nag\u0127mlu fuq livell nazzjonali, naqsmu l-g\u0127arfien espert mal-imsie\u0127ba Ewropej tag\u0127na u ni\u017cviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li ji\u017cguraw li l-wirt kulturali tag\u0127na jibqa&#8217; protett, re\u017ciljenti u a\u010b\u010bessibbli g\u0127all-\u0121enerazzjonijiet li \u0121ejjin,&#8221; sostna l-Ministru Agius Galea.<\/p>\n<p>Waqt l-avveniment, Gaia Gurrieri mit-Taqsima tal-Internazzjonalizzazzjoni ta&#8217; Xjenza Malta tat spjegazzjoni tal-opportunitajiet g\u0127all-komunit\u00e0 Maltija tar-ri\u010berka permezz ta&#8217; din is-S\u0127ubija. Il-parte\u010bipanti ng\u0127ataw ukoll informazzjoni dwar l-ewwel sej\u0127a g\u0127all-proposti ta&#8217; pro\u0121etti li se tindirizza r-riskji relatati mal-klima, il-prevenzjoni u l-\u0121estjoni tal-\u0127sara, l-g\u0127arfien tradizzjonali, ir-re\u017ciljenza g\u0127all-klima u l-governanza tal-wirt sostenibbli, filwaqt li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 ir-ri\u010berka u l-kollaborazzjoni interdixxiplinari.\u200b\u200b<\/p>\n<p>Permezz tal-parte\u010bipazzjoni tag\u0127ha, Xjenza Malta tafferma mill-\u0121did l-impenn ta&#8217; Malta g\u0127all-kollaborazzjoni Ewropea fir-ri\u010berka u l-\u0127arsien tal-wirt kulturali g\u0127all-\u0121enerazzjonijiet futuri.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/xjenzamalta.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/11\/RCH_Presentation.pdf\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">A\u010b\u010bessa din il-\u0127olqa biex tara l-pre\u017centazzjoni li ntweriet waqt il-konferenza stampa<\/a><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Waqt avveniment organizzat minn Xjenza Malta, li g\u0127aliha kien hemm pre\u017centi l-Ministru Clifton Grima u l-Ministru Malcolm Paul Agius Galea, \u0121iet imnedija s-S\u0127ubija Ewropea g\u0127all-Wirt Kulturali Re\u017ciljenti. Din is-s\u0127ubija hija kofinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta&#8217; Horizon Europe, il-programm ewlieni tal-Unjoni Ewropea g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni. Din is-S\u0127ubija g\u0127andha l-g\u0127an li tenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni internazzjonali fir-ri\u010berka u<\/p>","protected":false},"author":12,"featured_media":9165,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[45],"tags":[],"class_list":["post-9164","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-press-releases"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9164","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/12"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=9164"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9164\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":9171,"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9164\/revisions\/9171"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9165"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=9164"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=9164"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/xjenzamalta.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=9164"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}