Xjenza Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Infrastruttura Malta nediet xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni fil-Peniżola ta’ Bighi biex tiġi indirizzata l-instabbiltà fl-uċuħ tal-blat li jinsab taħt l-Esplora, iċ-Ċentru tax-Xjenza kif ukoll l-uffiċċji ta’ Xjenza Malta. Il-proġett se jiffoka fuq l-istabbilizzazzjoni tal-irdumijiet kważi vertikali tal-ġebla tal-franka li jappoġġjaw il-pedamenti ta’ dawn il-binjiet u ż-żoni tal-pajsaġġ tal-madwar.​​

Il-ġebla tal-franka fis-sit irtabet u dan irriżulta f’mases ta’ blat miksur li joħolqu riskji għall-istrutturi li hemm fuqhom. Ix-xogħol ta’ konsolidazzjoni huwa meħtieġ biex tiġi salvagwardjata l-integrità tas-sit, filwaqt li tiġi żgurata stabbiltà fit-tul kemm għall-bini kif ukoll għall-ambjent.

Iż-żona ngħalqet għas-sigurtà matul ix-xogħlijiet. Ġiet installata wkoll xatba tal-azzar u hoarding. Dan il-proġett, immexxi minn Xjenza Malta u l-kollaboraturi tagħha, se jtejjeb is-sigurtà u l-preservazzjoni tal-Peniżola ta’ Bighi li huwa sit b’wirt storiku u ambjentali, filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tiegħu għall-benefiċċju tal-viżitaturi taċ-Ċentru u l-komunità.​

Sabiex taqra l-kumplament tal-istqarrija, jekk jogħġbok agħfas hawnhekk.