Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti flimkien mas-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli u rappreżentanti minn Xjenza Malta indirizzaw il-workshop intitolat “Horizon Europe Missions: Empowering Local Communities”, li sar f’Villa Bighi.
Dan l-avveniment, li kien indirizzat għall-Kunsilli Lokali, ipprovda ħarsa dettaljata lejn l-opportunitajiet fi ħdan Horizon Europe li jistgħu japplikaw għalihom il-Kunsilli Lokali, b’enfasi fuq il-ħames Missjonijiet tal-UE li għandhom l-għan jindirizzaw l-isfidi globali fl-oqsma tas-saħħa, il-klima, l-ibliet, l-ambjent u s-soċjetà.
Dawn il-Missjonijiet, li huma mfassla biex irawmu soluzzjonijiet innovattivi allinjati mal-miri fit-tul tal-UE, jinkludu miri għall-adattament għat-tibdil fil-klima, riċerka dwar il-kanċer, oċeani sostenibbli, bliet intelliġenti, u ħamrija b’saħħitha. Permezz ta’ workshops bħal dawn, l-entitajiet Maltin inkluż il-Kunsilli Lokali huma mħeġġa japplikaw sa 100% tal-fondi biex jikkontribwixxu għal dawn il-Missjonijiet.
Agħfas hawn biex tara l-kumplament tal-istqarrija
Sabiex issegwi l-preżentazzjoni li ntużat waqt dan il-workshop, agħfas hawn.