Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti indirizza l-Premjijiet FUSION 2025, avveniment organizzat minn Xjenza Malta. Dan l-avveniment laqqa’ flimkien ir-riċerkaturi, l-intraprendituri u l-akkademiċi Maltin biex jiċċelebraw l-aktar proġetti promettenti ta’ riċerka applikata fil-pajjiż, kollha ffinanzjati permezz tal-programm TDP LITE.

Il-Premjijiet FUSION ma kinux biss ċerimonja ta’ rikonoxximent iżda pjattaforma nazzjonali biex jiġi enfasizzat l-impatt tanġibbli tal-investiment pubbliku fir-riċerka: mill-qasam tas-saħħa u l-inġinerija, sas-sostenibbiltà u t-teknoloġiji diġitali. B’kollox ġew esibiti 19-il proġett innovattiv, b’9 immexxija mill-industrija u 10 mill-Università ta’ Malta, li jixhdu kemm is-settur privat kif ukoll dak akkademiku qegħdin jikkontribwixxu b’mod attiv fit-tisħiħ tal-ekosistema tar-riċerka f’pajjiżna.

Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti tenna l-impenn tal-Gvern biex ir-riċerka u l-innovazzjoni jibqgħu prijorità nazzjonali. “Il-proġetti rikonoxxuti llum huma pedamenti fil-vjaġġ ta’ Malta lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Permezz tal-Pjan Strateġiku Nazzjonali tar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2023-2027, qegħdin ninvestu fil-kurżità, il-kreattività u l-eċċellenza. Ir-riċerkaturi u l-innovaturi tagħna huma l-periti t’għada u xogħolhom essenzjali għal futur li jinbena fuq ir-reżiljenza, l-għarfien u l-opportunità.”

Agħfas hawn biex tara l-kumplament tal-istqarrija.

Agħfas hawn biex tara l-ewwel parti tal-kumment.

Agħfas hawn biex tarat-tieni parti tal-kumment.