Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nedew żewġ skemi ta' riċerka b'fondi li jammontaw għal aktar minn €1.3 miljun.

Wara li ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), qiegħed jitnieda programm ta' fondi b'massimu ta' €1.2 miljun fuq perjodu ta' sentejn biex ikunu ffinanzjati proġetti diġitali fil-bidu tagħhom jew proġetti ta' riċerka applikata.

Min-naħa tagħha, l-MDIA se tkun qed toħroġ sejħa oħra għall-applied research grant b'total ta' €120,000. Din is-sejħa hija differenti għaliex mhux se tkun qed tiffoka fuq l-intelliġenza artifiċjali biss iżda anke teknoloġiji innovattivi oħra.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li, "Bħala Gvern kommessi li nkomplu naħdmu flimkien sabiex noffru l-appoġġ biex nindirizzaw niċeċ ekonomiċi li huma l-preżent kif ukoll il-futur. Huwa ta' sodisfazzjon li nara din il-kollaborazzjoni bejn entitajiet Governattivi, turija ċara kif qiegħed jinġibed ħabel wieħed, b'ħidma konġunta għal aktar suċċess."

Biex taqra din l-istqarrija għall-istampa, jekk jogħġbok agħfas hawnhekk.

Aqsam din l-istorja, agħżel il-pjattaforma tiegħek!