Science Malta hija impenjata li tagħmel il-websajt tagħha aċċessibbli, skont id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tal-websajts u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku ( ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1 ).
Din id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà tapplika għall-websajt .
Status ta' konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku ( ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1 ), minħabba n-nuqqasijiet ta' konformità u l-eżenzjonijiet elenkati hawn taħt.
Kontenut mhux aċċessibbli
Il-kontenut elenkat hawn taħt mhux aċċessibbli għar-raġuni/raġunijiet li ġejjin:
nuqqas ta' konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku ( ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1 ).
- Dħul fil-formola għad m'għandu l-ebda deskrizzjoni
- Iframe użat f'diversi paġni jeħtieġ li jingħata titlu
Tħejjija ta' din id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni ġiet imħejjija fit-3 ta' Novembru 2020
Evalwazzjoni attwali tal-konformità tal-websajt mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/2102, permezz ta' valutazzjoni mwettqa minn parti terza, f'dan il-każ mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjonijiet.
Id-dikjarazzjoni ġiet riveduta l-aħħar fl-20 ta' Novembru 2020
Rispons u informazzjoni ta' kuntatt
Il-mekkaniżmu ta' feedback li għandu jintuża sabiex il-korp tas-settur pubbliku jiġi nnotifikat dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità u biex tintalab informazzjoni u kontenut esklużi mill-ambitu tad-Direttiva għandu jkun kif ġej:
Għandha tintbagħat email lil it.mcst@gov.mt
Il-persuna responsabbli għall-aċċessibbiltà u għall-ipproċessar tat-talbiet mibgħuta permezz tal-mekkaniżmi ta’ feedback hija dik tal-unità tal-IT fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, li tinkludi l-Eżekuttiv Anzjan u kwalunkwe membru ieħor fit-tim tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni.
Proċedura ta' infurzar
Il-proċedura ta' infurzar li għandha tintuża fil-każ ta' tweġibiet mhux sodisfaċenti għal kwalunkwe notifika jew talba mibgħuta skont l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva għandha tintbagħat direttament lill-Eżekuttiv Anzjan fl-unità tal-IT, u jekk jitqies neċessarju lid-Direttur li taħtu taqa' l-Unità tal-IT.
L-informazzjoni ta' kuntatt tal-korpi tal-infurzar hija kif ġej:
Matthew Mizzi
Kap tal-Infrastruttura u l-Appoġġ tal-ICT
T:+356 23602124
E:matthew.mizzi.1@gov.mt
u/jew
Louis Cordina
Direttur Anzjan (Servizzi Korporattivi)
T:+356 2360 2000
E: louis.cordina.1@gov.mt