Id-Direttorat tal-Politika u l-Istrateġija għandu rwol fundamentali fl-għoti ta’ pariri strateġiċi lill-Gvern dwar kwistjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Id-Direttorat jipprovdi appoġġ fl-iżvilupp tal-pożizzjoni ta’ Malta f’diversi fora tal-UE fejn jipparteċipa fi gruppi rilevanti billi b’mod partikolari jikkontribwixxi lejn l-appoġġ tal-iżvilupp u t-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Fuq livell nazzjonali, minbarra li jmexxi l-iżvilupp tal-Istrateġija Nazzjonali tar-R&I, id-Direttorat jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istess strateġija, u jsegwi l-monitoraġġ tagħha. L-aktar strateġija riċenti (il-Pjan Strateġiku Nazzjonali tar-R&I 2023 – 2027) tistabbilixxi l-pedamenti għas-sistema nazzjonali tar-R&I, li hija rregolata u mibnija fuq miżuri kemm fuq terminu qasir u medju kif ukoll fuq waħda li għandha viżjoni fit-tul. Il-Pjan Strateġiku 2023-2027 jibni fuq l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari tal-PSF li Malta għaddiet minnha fl-2018-2019.<br>

Id-Direttorat jappoġġja wkoll lill-Gvern fl-iżvilupp tal-iSmart Specialisation Strategy ta’ Malta filwaqt li jipprovdi appoġġ tekniku lill-istruttura ta’ governanza mwaqqfa għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija.

Il-Prinċipju ewlieni ta’ Smart Specialisation isaħħah il-Politika ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-perjodu 2021-2027 fil-prijorità tar-Riċerka, it-Teknoloġija, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RTDI) u jipprevedi l-allokazzjoni ta’ investimenti pubbliċi u privati f’oqsma ta’ prijorità li jintgħażlu bir-reqqa permezz ta’ proċess ta’ skoperta intraprenditorjali (EDP). 

Id-Direttorat għandu wkoll funzjoni ta’ intelliġenza politika fi ħdan l-aġenzija, li permezz tagħha jiżviluppa rapporti dwar suġġetti varji ta’ rilevanza kemm għal Xjenza Malta kif ukoll f’termini usa’ għall-kuntest Malti fejn tidħol ir-riċerka u l-innovazzjoni.  Dan jgħin biex jiġi żgurat li l-politiki mħaddnin u l-implimentazzjoni tagħhom ikunu sostnuti mill-aħjar evidenza disponibbli. Bħala parti minn dawn l-isforzi, id-Direttorat jinvolvi ruħu wkoll fuq livell internazzjonali ma’ pari tal-istess fehma biex jaqsam ir-riżorsi u l-aħjar prattiki dwar suġġetti ta’ rilevanza.<br>

Pjan Strateġiku Nazzjonali Randl 2024: Ikklikkja hawn.

Strateġija RIS3 2021-2027: Ikklikkja hawn.