Xjenza Malta (Science Malta) għandha l-mandat mill-gvern nazzjonali biex taġixxi bħala l-istruttura tal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali ta' Malta għall-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, kif ukoll biex tirrappreżenta lil Malta fil-Kumitati tal-Programm għal kull grupp. Horizon Europe huwa l-Programm Qafas attwali tal-UE (2021-2027), li għandu baġit ta' €95.5 biljun. Horizon Europe huwa l-programm ewlieni ta' finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għar-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet Maltin. Huwa jiffaċilita l-kollaborazzjoni u jsaħħaħ l-impatt fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, filwaqt li jindirizza l-isfidi globali, jiġifieri s-Saħħa u t-Tibdil fil-Klima.

L-irwol tad-direttorat tal-Programm Qafas fi ħdan Xjenza Malta huwa li jipprovdi gwida lill-parteċipanti Maltin li huma interessati li japplikaw għall-programm Orizzont Ewropa. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali ta’ Xjenza Malta joffru varjetà ta’ servizzi biex jassistu lill-applikanti potenzjali fl-istadji kollha tal-parteċipazzjoni tagħhom inklużi sessjonijiet ta’ informazzjoni u taħriġ, faċilità ta’ tiftix u netwerking bi skop ta’ sħubija, l-iċċekkjar tal-proposta ta’ riċerka qabel ma din tintbagħat, kif ukoll l-għoti ta’ pariri matul l-implimentazzjoni tal-proġett. Id-Direttorat jimplimenta wkoll numru ta’ Skemi ta’ Appoġġ biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-partijiet lokali li huma interessati.

class="lazyload

Il-Horizon Unit fi ħdan Xjenza Malta huwa l-punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għal Horizon Europe .

Is-servizzi li joffri dan id-Direttorat Nazzjonali jinkludu:

  • Għajnuna biex jiġu identifikati opportunitajiet ta’ finanzjament minn Horizon Europe li jkunu jaqblu mal-ideat tal-proġett tiegħek;
  • Pariri personalizzati dwar sejħiet għal proposti li jkunu miftuħa u dawk li jkunu se jinfetħu fil-ġejjieni minn Horizon Europe;
  • Pariri personalizzati dwar il-proġett ideali tiegħek;
  • Għajnuna biex jiġu identifikati msieħba potenzjali permezz tan-networks Ewropej tagħna;
  • Reviżjoni tal-proposta qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni;
  • Tnedijiet ta’ sessjonijiet informattivi u ta’ taħriġ, kif ukoll webinars;
  • Pariri dwar kif għandu jkun immaniġġjat il-proġett;
  • Appoġġ addizzjonali permezz ta’ skemi ta’ finanzjament nazzjonali.

Dan il-Unit imexxi wkoll dawn l-iskemi ta’ sostenn ta’ Horizon Europe:

Ikklikkja biex iżżur il-paġna web HIPAS

Ikklikkja biex iżżur il-paġna web NET2HE

Ikklikkja biex iżżur il-paġna web tal-Iskema ta' Appoġġ tal-ERC

Ikklikkja biex iżżur il-paġna web tal-Iskema ta' Appoġġ tal-EIC

PF2MT (li se tiftaħ f'Marzu)

Ikklikkja biex taċċessa l-Fuljett tal-Unità tal-Programm Qafas