Il-Clean Energy Transition Partnership (CETPartnership)hi inizzjattiva strateġika tal-Horizon Europe mmirata biex tmexxi ‘l quddiemi it-transizzjoni tal-enerġija u tikkontribwixxi lejn il-mira tal UE li jkun l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sa 2050.

Is-sejħa konġunta ta’ 2024 CETPartnership se tkun sejħa maqsuma fuq żewġ stadji, strutturata madwar il-Call Modules, kif mniżżlin hawn taħt. Il- Call Modules jiddeskrivu suġġetti speċifiċi u/jew sfidi li applikanti jridu jindirizzaw bħala parti mill-proposta tal-proġett. L-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-proġett se jkun qed isir b’mod separat għal kull Call Module.

Entitajiet Maltin huma eliġibbli għal fondi f’ kull Call Module, bil-possibilità li jitolbu sa massimu ta €500,000 biex jipparteċipaw f’ konsorzja ta’ proġett. Ta’ min jinnota li jekk ikun hemm iktar minn msieħeb nazzjonali wieħed fil-konsorzju, l-ammont total ta’ fondi għall-imsieħba nazzjonali kollha ma jistax jeċċedi il-kappa tal-€500,000.

Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa ta' din is-sena, jekk jogħġbok irreferi għat- Test tas-Sejħa , Formola ta' Applikazzjoni Nazzjonali , kif ukoll għar-Regoli Nazzjonali għall-parteċipazzjoni għall -Għajnuna mill-Istat , u Għajnuna mhux mill-Istat . L-Annessi jistgħu jitniżżlu minn din il-link .

.Biex tapplika, dawn ta' hawn taħt iridu jiġu sottomessi sad-data ta' skadenza ta' qabel il-proposta:

  • Il-koordinatur tal-proġett irid jissottometti il-pre-proposal tal-proġett fuq l-għodda tas-sottmessjoni eletrronika li tista’ tiġi aċċessata minn fuq il-website tac- CETPartnership. Sottomessjoni trid issir sal-21 ta’ Novembru 2024, 14:00 CET
  • Kull applikant Nazzjonali għandu jkun meħtieġ li jissottometti Formola Nazzjonali ta' Applikazzjoni lil eusubmissions.xjenzamalta@gov.mt sal- 21 ta' Novembru 2023 fid-23:59 CET

Reġistrazzjoni tas-sessjoni ta’ informazzjoni li saret hija disponibbli HERE.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjali tal-programm is-Sinjura Christy Baldacchino fuq christy.baldacchino.2@gov.mt , (+356) 2360 2158 u/jew lis-Sur Stefan Montebello fuq stefan.montebello.1@gov.mt , (+356) 2360 2212.

Karigi Relatati