Fit-18 ta’ Ottobru 2024, Xjenza Malta b’kollaborazzjoni mal-Agenzija Spazjali Ewropea (ESA), ospitat b’success it-tieni PECS Information Day. L-avveniment ipprovda lill-partecipanti tahrig fil-fond u l-gwida mehtiega sabiex l-applikanti jaghrfu japplikaw ghal offerti tal-ESA that il-Ftehim PECS ta’ Malta ma’ l-ESA. It-tieni sejha ghal proposti ta’ progetti biex jintlaqghu qieghda tinfetah fil-bidu tas-sena l-gdida 2025. Din is-sejha toffri opportunitajiet ghall-akkademja, entitajiet pubblici u privati biex jissotomettu proposti relatati max-xjenza spazjali, it-teknologija, l-innovazzjoni u t-tishieh ta’ l-eko-sistema lokali.
Il-workshop gibed udjenza diversa, inkluzi partijiet interessati mill-akkademja, is-settur pubbliku, u s-settur privat, kollha herqana li jesploraw opportunitajiet godda li s-settur emergent ta’ l-iSpazju jista joffri. “Dan l-avveniment jimmarka pass sinifikanti fit-tishih tal-partecipazzjoni ta’ Malta fis-settur spazjali u t-tishih tal-kollaborazzjoni ma’ l-ESA”, qal Dr. Tonio Portughese, Chairman tal-Kumitat Konsultattiv ta’ Xjenza Malta. “Ahna eccitati li naraw lil Malta tkompli tibni l-kapacitajiet taghha fir-ricerka spazjali ul-izvilupp ta’ l-eko-sistema”, temm jghid Dr. Portughese.
Minbarra l-informazzjoni mehtiega, il-partecipanti gew offruti laqghat one-on-one ma’ l-esperti teknici ta’ l-ESA, dan sabiex jiddiskutu ideat u proposti ta’ progetti potenzjali. Dawn is-sessjonijiet ipprovdew gharfien imprezzabli dwar il-processi u l-opportunitajiet ta’ l-ESA ghall-kollaborazzjoni fir-ricerka, it-teknologija u l-applikazzjonijiet ta’ l-iSpazju.