The Alliance of International Science Organizations (ANSO), f'kollaborazzjoni maċ-Chinese Academy of Sciences (CAS) u istituzzjonijiet fundaturi oħra, nediet il-Programm ta' Borża ta' Studju CAS-ANSO 2025. Stabbilit fl-2019, dan il-programm jimmira li jiżviluppa lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' xjentisti.
Il-Programm joffri opportunitajiet ta' studji ta' postgradwazzjoni f'istituzzjonijiet Ċiniżi ewlenin, inklużi l-istituti CAS, l-University of Chinese Academy of Sciences (UCAS), u l- University of Science and Technology of China (USTC). Kull sena, il-programm isostni 300 student tad-dottorat u 100-200 student tal-masters. Il-parteċipanti ser ikollhom kurrikulu komprensiv li jinkludi studji tal-lingwa u l-kultura Ċiniża, korsijiet akkreditati, proġetti ta' riċerka, u żvilupp ta' teżi fl-istituzzjonijiet ospitanti tagħhom.
Il-borża ta’ studju tkopri:
- Ħlas sħiħ tal-miżati tat-tagħlim
- Stipendju fix-xahar
- Assigurazzjoni tas-saħħa
- Rimbors jew allowance għall-ivvjaġġar internazzjonali
- Eżenzjoni tal-miżata tal-applikazzjoni
- Għajnuna għall-visa u permess ta' residenza
Rekwiżiti ta' Eliġibilità: L-applikanti għall-programm tal-master’s iridu jkunu twieldu fl-1 ta’ Jannar 1995 jew wara, u għall-programm tad-dottorat, fl-1 ta’ Jannar 1990 jew wara. Il-kandidati kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ammissjoni għall-istudenti internazzjonali fl-USTC jew UCAS. Studenti li diġà qed jistudjaw fi programmi ta' master’s jew dottorat fiċ-Ċina mhumiex eliġibbli.
Il-perjodu tal-applikazzjoni għall-2025 huwa miftuħ bħalissa, u l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sat-15 ta’ Frar, 2025.
Xjenza Malta qed taċċetta applikazzjonijiet għal rakkomandazzjoni ta’ sa żewġ kandidati għall-programm. L-istudenti interessati jridu l-ewwel japplikaw għall-borża ta’ studju u mbagħad jimlew il-formola tal-applikazzjoni ta’ Xjenza Malta hawn taħt biex jiġu kkunsidrati għar-rakkomandazzjoni. L-iskadenza biex tapplika għan-nomina ta’ Xjenza Malta hija t-3 ta’ Frar 2025, 23:59 CET fuq international.xjenzamalta@gov.mt .
Għal aktar dettalji tal-programm, kriterji ta’ eliġibbiltà u dettalji ta’ kuntatt, kandidati potenzjali jistgħu jżuru l-websajt tal-ANSO: ikklikkja biex iżżur il-websajt. Kandidati Maltin li jeħtieġu assistenza huma mħeġġa jikkuntattjaw lil Xjenza Malta fuq francesca.grillo@gov.mt .
Ikklikkja biex tniżżel l-Applikazzjoni tal-Boroż ta' Studju CAS-ANSO (Grad) 2025