F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, flimkien ma’ Xjenza Malta u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), ħabbru t-tnedija tat-tieni sejħa għall-Pjan ta’ Stat Ewropew li Koopera (PECS) għal Malta, inizjattiva li tipprovdi opportunitajiet għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-Ispazju. Din is-sejħa hija miftuħa għas-setturi privati ​​u pubbliċi lokali, kif ukoll għall-istituzzjonijiet akkademiċi.​​

Il-PECS huwa pjan ta’ ħames snin stabbilit mill-ESA u Xjenza Malta biex jindirizza l-ħtiġijiet ta’ Malta għal settur Spazjali bbażat fuq il-kapaċitajiet nazzjonali tal-pajjiż. Din l-inizjattiva tippermetti lill-partijiet interessati lokali jissottomettu proposti għal proġetti ta’ riċerka f’diversi setturi relatati mal-Ispazju, inklużi l-Ispazju Upstream, l-Ispazju Downstream, u l-Edukazzjoni Spazjali.

Is-segretarju parlamentari stqarr li: “PECS jipprovdi pjattaforma fejn stakeholders Maltin jistgħu jikkompetu fuq livell nazzjonali għal proġetti tal-ESA mingħajr ma jiffaċċjaw kompetizzjoni minn pajjiżi oħra Ewropej li għandhom aktar esperjenza. Dan jgħin biex titqiegħed il-bażi għal settur Spazjali li jiffjorixxi f’pajjiżna.”

Ikklikkja biex tara Stqarrija għall-Istampa sħiħa. .