Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) A.3 u l-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali ta' Malta qed jorganizzaw Sessjoni ta' Informazzjoni – Niskopru ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Ingħaqad magħna għal sessjoni interattiva online u sir af lill- JRC — ir-rwol, il-missjoni, l-opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni tiegħu u kif jappoġġja l-politika tal-UE b’evidenza xjentifika.

Riċerkaturi, akkademiċi, dawk li jfasslu l-politika u innovaturi huma mistiedna li jattendu u jesploraw l-infrastrutturi tal-JRC u jitgħallmu aktar dwar kif jallinja ma' programmi ta' Horizon Europe .

📅 11 ta' Ġunju 2025

🕙 10:00 – 11:45 CET

📍 Onlajn

Irreġistra hawn: https://forms.gle/HzRFCCRNyiS8Nb7W8

Agħfas hawn biex taċċessa l-Aġenda.