Il-Clean Energy Transition Partnership (CETPartnership) hija sħubija multilaterali u strateġika taħt il-programm Horizon Europe, bil-għan li tissaħħaħ it-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa u li tingħata l-kontribuzzjoni tagħha lejn l-għan tal-UE li ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050.

Is-Sejħa Konġunta tas-CETPartnership tal-2025 hija sejħa f'żewġ fażijiet, imsejsa fuq dawn il-Moduli tas-Sejħa li ġejjin.

  • Interazzjonijiet multi-vettorjali bejn is-sistema tal-enerġija integrata u l-oqfsa industrijali
  • Flessibbiltà fis-sistema tal-enerġija: produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli, ħażna u integrazzjoni tas-sistema
  • Teknoloġiji avvanzati ta enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni tal-elettriku (ROA)
  • Teknoloġiji avvanzati ta enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni tal-elettriku (IOA)
  • Qbid, użu u ħażna tal-karbonju (CCUS)
  • Idroġenu u fjuwils rinnovabbli
  • Teknoloġiji għat-tisħin u tkessiħ
  • Sistemi ta' enerġija reġjonali integrati
  • Sistemi ta' enerġija industrijali integrati
  • Integrazzjoni ta' enerġija nadifa fl-ambjent mibni

Il-moduli tas-sejħa jiddeskrivu suġġetti jew sfidi speċifiċi li l-applikanti jridu jindirizzaw fil-proposta tal-proġett tagħhom. L-applikanti għandhom jagħżlu u japplikaw taħt modulu speċifiku meta jissottomettu l-proposta tagħhom. Il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-proposti ssir separatament għal kull modulu.

Entitajiet f'Malta huma eliġibbli għal finanzjament taħt il-moduli kollha, u jistgħu japplikaw sa massimu ta €500,000 sabiex jipparteċipaw f’ konsorzji ta’ proposti taħt il-CETPartnership. Ta’ min jinnota li jekk ikun hemm iktar minn msieħeb nazzjonali wieħed fil-konsorzju, l-allokazzjoni massima totali ta’ fondi għall-partijiet nazzjonali ma tistax taqbeż il-limitu ta' €500,000.

 

Regoli ta' parteċipazzjoni u formola ta' applikazzjoni

Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa ta’ din is-sena, jekk jogħġbok irreferi għat- Test tas-Sejħa tal- 2025 .

Ikklikkja hawn biex taċċessa l-Formola ta' Applikazzjoni Nazzjonali.

Ikklikkja hawn biex taċċessa r-regoli Nazzjonali tal-Parteċipazzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat

Ikklikkja hawn biex taċċessa r-regoli Nazzjonali dwar l-Għajnuna Mhux tal-Istat għall-Parteċipazzjoni.

L-annessi tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn din il-link .

 

Biex tapplika, il-ħtieġa hawn taħt għanda tiġi sottomessa sad-data tal-iskadenza tal-proposta preliminari:

  • Il-koordinatur tal-proġett jeħtieġ li jissottometti l-pre-proposta tal-proġett fuq l-Għodda Elettronika ta' Sottomissjoni li tista' tiġi aċċessata permezz tal-websajt tas-CETPartnership sad -9 ta' Ottubru 2025, 14:00 CET.

Kull applikant Nazzjonali għandu jkun meħtieġ li jissottometti Formola ta' Applikazzjoni Nazzjonali lil eusubmissions.xjenzamalta@gov.mt sad -9 ta' Ottubru 2025, 23:59 CET.

 

Ikklikkja hawn biex taċċessa l-Preżentazzjoni għas-sessjoni ta' informazzjoni nazzjonali li saret fis-27 ta' Ġunju 2025.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjal tal-programm is-Sinjura Christy Baldacchino fuq christy.baldacchino.2@gov.mt , (+356) 2360 2158 u/jew eusubmissions.xjenzamalta@gov.mt

Karigi Relatati