Xjenza Malta tixtieq tistieden partijiet interessati Maltin u Kroati mis-settur privat u mill-akkademja biex jipparteċipaw f'attività ddedikata ta' tqabbil online li qed tiġi organizzata minn Xjenza Malta u l-Ministeru Kroat għax-Xjenza u l-Edukazzjoni. L-iskop ta' din l-attività huwa li tħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn partijiet interessati Kroati u Maltin fil-proġetti tal-ESA PECS u li tiżviluppa rabtiet b'saħħithom u sostenibbli għal kooperazzjoni kontinwa.
Kull parteċipant se jitħalla jagħti preżentazzjoni ta' żewġ minuti biex jiddeskrivi x-xogħol tiegħu, u biex jieħu nota tax-xogħol ta' nies oħra li jista' jkun ta' interess għall-kollaborazzjoni.
Dan l-avveniment se jsir online fit- 30 ta' Settembru 2025 fis -14:00 CET.
Imla l-Formola ta' Reġistrazzjoni: ESA PECS Online Industry B2B Malta – Kroazja
Link tal-MS Teams se jintbagħat lill-parteċipanti wara li jirreġistraw għall-avveniment.
Minħabba ħin limitat, total ta' 20 parteċipant minn kull pajjiż se jitħallew jipparteċipaw f'dan l-avveniment u se jintgħażlu fuq bażi ta' 'min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel' . Jekk ma tirnexxilekx tirreġistra għal dan l-avveniment iżda tkun interessat li tikkollabora ma' partijiet interessati minn wieħed mill-pajjiżi rispettivi, jekk jogħġbok informa lir-rappreżentanti tal-pajjiż rispettiv tiegħek sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw laqgħat bejnek u kwalunkwe parti interessata li tixtieq tikkollabora magħha.
