Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, indirizza l-avveniment tal-Jiem tar-Riċerka dwar il-Kanċer, organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni f’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta, bħala parti mill-kampanja ta’ Ottubru — ix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider.

L-avveniment kellu l-għan li jlaqqa’ flimkien riċerkaturi, professjonisti tal-kura tas-saħħa, rappreżentanti tal-industrija u dawk li jfasslu l-politika biex jippreżentaw u jiddiskutu fatti u żviluppi ewlenin fil-qasam tar-riċerka dwar il-kanċer f’Malta.

Matul l-attività, il-Professur Vincent Marmarà ppreżenta r-riżultati ta’ ħames stħarriġiet imwettqa mill-Università ta’ Malta dwar l-għarfien pubbliku, il-prattiki, u l-perċezzjonijiet rigward il-kanċer fil-Gżejjer Maltin. Dawn l-istħarriġiet jipprovdu stampa ċara tas-sitwazzjoni attwali u jgħinu biex jiġi identifikat fejn huma meħtieġa aktar għarfien u interventi mmirati.

Ikklikkja hawn biex tara l-Istqarrija għall-Istampa sħiħa

Ikklikkja hawn biex tara l-preżentazzjoni sħiħa