Is-sħubija dejjem tikber ta’ Malta mas-CERN, waħda mill-organizzazzjonijiet ewlenin tar-riċerka fid-dinja, ġiet murija waqt Konferenza ddedikata tas-CERN li saret f’Malta fit-tieni jum tal-Jiem tar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2025, ospitata minn Xjenza Malta.
Il-Konferenza ġabret flimkien rappreżentanti tas-CERN, studenti Maltin, riċerkaturi, u partijiet interessati fl-industrija biex jenfasizzaw kollaborazzjonijiet li għaddejjin u futuri. Il-preżentazzjonijiet iffokaw fuq l-involviment ta’ Malta fi proġetti sperimentali avvanzati, inklużi ALICE u TWOCRYST, kif ukoll opportunitajiet għall-industrija Maltija biex tinvolvi ruħha fil-programmi ta’ akkwist industrijali tas-CERN.
Il-Konferenza nfetħet b’diskors mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti.
Ikklikkja hawn biex tara l-Istqarrija għall-Istampa sħiħa.



