L-Alleanza tal-Organizzazzjonijiet tax-Xjenza Internazzjonali (ANSO), fi sħubija mal-Akkademja Ċiniża tax-Xjenzi (CAS) u istituzzjonijiet fundaturi oħra, nediet il-Programm ta’ Boroż ta’ Studju CAS-ANSO 2026. Imwaqqaf fl-2019 (oriġinarjament bħala l-Boroż ta’ Studju ANSO għal Talenti Żgħażagħ), dan il-programm għandu l-għan li jiżviluppa u jagħti s-setgħa lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ xjenzati.

Il-Programm joffri opportunitajiet ta’ studju postgraduate f’istituti tal-Akkademja Ċiniża tax-Xjenzi (CAS), l-Università tal-Akkademja Ċiniża tax-Xjenzi (UCAS), u l-Università tax-Xjenza u t-Teknoloġija taċ-Ċina (USTC). Kull sena, il-programm jappoġġja 300 student tad-dottorat u 100-200 student tal-masters. Il-parteċipanti se jieħdu sehem f’kurrikulu komprensiv, inklużi studji tal-lingwa u l-kultura Ċiniża, xogħol tal-kors, proġetti ta’ riċerka, u żvilupp ta’ teżijiet fl-istituzzjonijiet ospitanti tagħhom.

Il-borża ta’ studju tkopri:

  • Ħlas sħiħ tal-miżati tat-tagħlim
  • Stipendju fix-xahar
  • Assigurazzjoni tas-saħħa
  • Rimbors jew allowance għall-ivvjaġġar internazzjonali
  • Eżenzjoni tal-miżata tal-applikazzjoni
  • Għajnuna għall-visa u permess ta' residenza

 

Rekwiżiti ta' Eliġibilità: L-applikanti għall-programm tal-masters iridu jkunu twieldu fl-1 ta' Jannar 1996 jew wara, u għall-programm tad-Dottorat, fl-1 ta' Jannar 1991 jew wara. Il-kandidati kollha jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dħul għal studenti internazzjonali jew fl-USTC jew fl-UCAS. Studenti li diġà huma rreġistrati fi programmi tal-masters jew tad-Dottorat fiċ-Ċina mhumiex eliġibbli.

It-tieqa tal-applikazzjonijiet għas-sena akkademika 2026 bħalissa hija miftuħa, bis-sottomissjonijiet dovuti sal-31 ta' Jannar 2026 (Ħin ta' Beijing).

 

L-applikanti bbażati f’Malta huma mitluba jinnotifikaw lil Xjenza Malta dwar l-applikazzjoni tagħhom fuq international.xjenzamalta@gov.mt

Għal aktar dettalji dwar il-programm, il-kriterji ta' eliġibbiltà u d-dettalji ta' kuntatt, il-kandidati potenzjali jistgħu jżuru l- websajt tal-ANSO .

 

Karigi Relatati