Interessat tindirizza l-akbar sfidi soċjetali tal-Ewropa permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni?

Ingħaqad ma’ Xjenza Malta f’webinar online li se jiffoka fuq il-Missjonijiet ta’ Horizon Europe u l-Bauhaus Ewropew il-Ġdid. Matul din is-sessjoni interattiva, se nagħtu ħarsa ġenerali lejn l-opportunitajiet ta’ finanzjament li se jinfetħu fl-2026 u l-2027, nispjegaw kif il-Missjonijiet qegħdin iħallu impatt madwar l-Ewropa, u nintroduċu inizjattivi komplementari li jistgħu jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tiegħek.

Il-webinar se jinkludi wkoll inizjattivi komplementari bħall-proġett SOILL, in-NEB Academy, u l-bqija.

Kemm jekk qed tieħu sehem f’Horizon Europe għall-ewwel darba kif ukoll jekk diġà involut fi proġetti Ewropej, din is-sessjoni se tgħinek tifhem aħjar l-opportunitajiet li ġejjin u tidentifika possibbiltajiet ta’ finanzjament.

Dan il-webinar huwa wkoll opportunità sinifikanti għall-applikanti li qegħdin japplikaw għat-“Transdisciplinary Research Programme”.

Click here to Register for the Webinar

Karigi Relatati