Data: 28 ta’ Settembru 2026
Ħin: Reġistrazzjoni mid-09:00am; programm jibda fid-09:30am
Post: Esplora Planetarium Hall, Villa Bighi

Click here to register for the event.

Click here to view the event agenda.

Xjenza Malta se tlaqqa’ flimkien rappreżentanti ewlenin mis-setturi tar-riċerka, l-innovazzjoni, il-gvern u l-industrija għall-Avveniment Tematiku dwar il-Finanzjament għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. R&I Xjenza Malta Thematic Funding Event.

L-avveniment se jkun pjattaforma għat-tnedija u l-preżentazzjoni ta’ tliet inizjattivi tematiċi strateġiċi, żviluppati b’kollaborazzjoni ma’ ministeri u entitajiet pubbliċi. Dawn l-inizjattivi jkopru oqsma prijoritarji bħas-saħħa, l-innovazzjoni diġitali u l-agrikoltura sostenibbli, u jirriflettu l-impenn ta’ Xjenza Malta biex tindirizza sfidi nazzjonali permezz tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni.

It-tliet inizjattivi tematiċi:

It-tielet Programm għar-Riċerka dwar il-Kanċer

F’kollaborazzjoni mal-Cancer Research Innovation Hub Malta (CRIHM),din l-inizjattiva tibni fuq l-esperjenza u s-suċċessi tal-programmi preċedenti ta’ Xjenza Malta fil-qasam tar-riċerka dwar il-kanċer. Matul din is-sessjoni se jiġi ppreżentat it-tielet programm għar-riċerka dwar il-kanċer, filwaqt li se jiġu esplorati wkoll l-iżvilupp, l-ambitu u l-istejjer ta’ suċċess li ħarġu minn inizjattivi preċedenti.

Il-Programm ta’ Innovazzjoni Diġitali u l-Programm ta’ Vouchers Diġitali

F’kollaborazzjoni mal-Malta Digital Innovation Authority (MDIA),Xjenza Malta se tippreżenta l-Programm il-ġdid ta’ Innovazzjoni Diġitali u l-Programm ta’ Vouchers Diġitali. Is-sessjoni se tagħti ħarsa lejn il-kollaborazzjoni ta’ suċċess bejn iż-żewġ entitajiet matul l-aħħar tliet snin u lejn l-opportunitajiet ġodda li dawn il-programmi se joffru.

Il-Programm ta’ Riċerka dwar l-Innovazzjoni fl-Ilma għall-Agrikoltura Sostenibbli

Żviluppat b’kollaborazzjoni ma’ Riżorsi Agrikoli Malta (RAM),dan il-programm tematiku ġdid se jiffoka fuq l-opportunitajiet għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-ilma u l-agrikoltura sostenibbli. Is-sessjoni se tesplora l-potenzjal għall-kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta u se tippreżenta l-programm il-ġdid u l-ambitu tiegħu.

Mill-kollaborazzjoni għall-azzjoni

L-avveniment se jinkludi indirizzi minn rappreżentanti ewlenin, preżentazzjonijiet dwar il-programmi, riflessjonijiet dwar kollaborazzjonijiet ta’ suċċess u opportunitajiet biex il-parteċipanti jiltaqgħu u jiddiskutu ideat ġodda ma’ stakeholders mill-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni.

L-avveniment se jintemm b’sessjoni ta’ networking, li se toffri opportunità għall-parteċipanti biex jiddiskutu ideat, jesploraw opportunitajiet għal kollaborazzjoni u jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet involuti.