Sejħa Transnazzjonali 2026 tas-Sħubija għal Ekonomija Blu Sostenibbli
“Nibnu Ekonomija Blu sostenibbli: nisfruttaw l-opportunitajiet diġitali u nsaħħu r-reżiljenza”
Is-Sħubija għal Ekonomija Blu Sostenibbli (Sustainable Blue Economy Partnership) hija sħubija kofinanzjata minn Horizon Europe. Din tikkonsisti f’network ta’ 30 pajjiż u l-Kummissjoni Ewropea, li jippermetti sforz bla preċedent biex jinġabru flimkien l-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u jiġu allinjati l-programmi nazzjonali fuq skala pan-Ewropea.
Xjenza Malta, bħala waħda mill-Organizzazzjonijiet għall-Finanzjament tar-Riċerka li qed iniedu din is-Sejħa Transnazzjonali Konġunta Kofinanzjata, qed toffri finanzjament lil entitajiet ibbażati f’Malta li jwettqu proġetti ta’ Riċerka u Innovazzjoni (R&I) li jindirizzaw l-isfidi fl-oqsma prijoritarji li ġejjin:
- It-tranżizzjoni tas-setturi tal-ekonomija blu lejn is-sostenibbiltà u l-awtonomija strateġika;
- Il-ġestjoni tal-użi tal-baħar permezz ta’ approċċi diġitali u bbażati fuq l-ekosistema;
- Il-promozzjoni ta’ bijoriżorsi blu sostenibbli;
- It-tisħiħ tar-reżiljenza fil-komunitajiet kostali.
Entitajiet ibbażati f’Malta huma eliġibbli għall-finanzjament, bil-possibbiltà li jitolbu sa €500,000 biex jipparteċipaw f’konsorzju ta’ proposta tal-SBEP*.
Skadenza għas-sottomissjoni tal-preproposti - 16 ta’ Novembru 2026, 15:00 CET
Minbarra s-sottomissjoni tal-preproposta mill-Koordinatur tal-Proġett permezz tal-EPSS, kull applikant nazzjonali huwa meħtieġ jissottometti Formola ta’ Applikazzjoni Nazzjonali lil eusubmissions.xjenzamalta@gov.mt sas- 16th ta' Novembru 2026 fil-23:59 CET.
Id-dokumenti relatati mas-sejħa jistgħu jiġu aċċessati hawnhekk:
- Ikklikkja hawn għat-Test tas-Sejħa
- Click here for the 2026 SBEP National Rules Non-State Aid
- Click here for the 2026 SBEP National Rules State Aid
- Click here for the 2026 SBEP National Application Form
Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, ikklikkja hawn..
An online information session was held on the 7 October. The presentation used during the session can be downloaded here.
Click here to view the recorded information session.
Bi pjaċir noffru wkoll laqgħat individwali sabiex nesploraw u niddiskutu din l-opportunità ta’ finanzjament f’aktar dettall. Għal aktar informazzjoni jew biex tippjana laqgħa, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq eusubmissions.xjenzamalta@gov.mt.
* Jekk ikun hemm aktar minn sieħeb nazzjonali wieħed fl-istess konsorzju, l-ammont totali ta’ finanzjament għall-imsieħba nazzjonali parteċipanti ma jistax jaqbeż il-limitu massimu ta’ €500,000.
For further information please contact the programme officers Ms Luca Halasz at luca.halasz@gov.mt, (+356)23602330 and/or Ms Margherita Muscat at margherita.muscat.1@gov.mt, (+356)23602339.


