Il-logħob u t-tagħlim mhumiex xi lussu. Huma l-mod kif imħuħ ta’ tfal żgħar fl-età jitgħallmu jsolvu problemi, jieħdu riskji u jifhmu d-dinja ta’ madwarhom.
Fi Xjenza Malta u Esplora, naraw din ix-xrara fit-tfal kuljum.
Hekk kif qed niċċelebraw Jum it-Tfal, irridu nisħqu fuq l-importanza li nħarsu l-kurżità.
Aħna nenfasizzaw li nagħtu lit-tfal spazji sikuri u li jilqgħuhom, fejn ikunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet kbar, joħolmu bla limiti, jilagħbu b’mod liberu u jesploraw il-kurżità tagħhom — valuri li jinsabu fil-qalba ta’ dak li nħaddnu: ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM).
Il-fatt li kienet magħna l-Kummissarju tat-Tfal, Mrs Antoinette Vassallo, biex tikkommemora din il-ġurnata importanti, għalina kien ta’ sinifikat akbar.

