Id-Direttorat tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fi ħdan Xjenza Malta, jamministra tliet portafolli ta’ finanzjament nazzjonali li jappoġġjaw il-Pjan Strateġiku Nazzjonali tar-R&I 2023 – 2027: FUSION, il-Programmi Tematiċi, u l-Iskema ta’ Netwerking tar-Riċerka. Flimkien ma’ entitajiet governattivi u pubbliċi, l-Akkademja, il-mikrointrapriżi, l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar, permezz tal-portafolli ta’ finanzjament, id-direttorat tar-R&I jimpenja ruħu biex joħloq ekosistema b’saħħitha li tixpruna l-progress tas-soċjetà, u tpoġġi lil Malta fuq quddiem fl-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi.

  • FUSION huwa l-programm ewlieni ta’ finanzjament nazzjonali, imfassal biex imexxi u jappoġġja l-isforzi lokali tar-R&I. Dan il-portafoll ta’ programmi ta’ fondi jipprovdi l-appoġġ meħtieġ lir-riċerkaturi u t-teknoloġisti biex jittrasformaw l-ideat innovattivi tagħhom f'soluzzjonijiet lesti għas-suq. FUSION jinkludi diversi skemi li joffru l-konsulenza esperta u l-appoġġ finanzjarju meħtieġ fil-livelli kollha tar-R&I; mir-riċerka bażika sa dik applikata, u l-kummerċjalizzazzjoni tar-riċerka. Dan jiżgura li l-komunità tar-riċerka Maltija jkollha l-għodda meħtieġa biex tiżviluppa ideat li jkunu ta’ benefiċċju għas-soċjetà.
  • Il- FUSION Go To Market Programme is designed to support innovators and entrepreneurs in transforming promising ideas and prototypes into commercially viable solutions. The structured pathway consists of four complementary programmes, namely the EIT Jumpstarter, the Prototype to Minimum Viable Product (P2M) Programme, the EIT Regional Innovation Booster (EIT RIB) Malta Edition and the Loan Assistance (LA) Programme. The initiatives provide tailored support to innovators at different stages of commercialisation, from validating and refining technologically mature ideas to developing minimum viable products and scaling across European markets. By offering mentoring, networking opportunities, financial assistance, and the provision of practical tools and guidance, the programme helps broaden the horizons of Maltese start-ups and SMEs while strengthening their potential for sustainable growth within the local and European innovation ecosystem.  More information can be accessed through here.
  • Il-Programmi Tematiċi huma mmirati lejn inizjattivi top-down li jindirizzaw xi ħtieġa partikolari fis-suq jew inkella xi problema li s-soċjetà tkun qiegħda tesperjenza f’dik is-sena partikolari. Dawn il-programmi tematiċi għandhom l-għan li jtejbu r-R&I fil-kuntest Malti billi joħolqu sistema koeżiva għar-riċerkaturi u l-imprendituri biex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-ideat innovattivi tagħhom f’ambjent komprensiv u adattat sew għas-settur tagħhom.
  • L-Iskema ta’ Netwerking tar-Riċerka tipprovdi opportunitajiet għal inizjattivi kollaborattivi għal sħubija internazzjonali filwaqt li tappoġġja lir-riċerkaturi fil-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tagħhom f'ġurnali riveduti bejn il-pari b’aċċess miftuħ.

Ikklikkja biex taċċessa l-Fuljett tal-Unità R&I.