Stqarrija għall-Istampa
Maħruġ minn Xjenza Malta
8 ta' Frar, 2026
Is-singathon ta’ 48 siegħa organizzat mill-artist lokali Ozzy Lino, bl-appoġġ ta’ Xjenza Malta, wasal fi tmiemu, u b’hekk inġabru fondi għal tliet entitajiet lokali li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali.
Din is-singathon ta’ 48 siegħa minn Ozzy Lino, akkumpanjat minn diversi artisti lokali, kienet waħda ta’ reżiljenza, tama, kuraġġ, u għarfien akbar dwar is-saħħa mentali.
Is-singathon, l-ewwel waħda li saret fis-Sala tal-Planetarium tal-Esplora, ġiet organizzata b’risq il-Fondazzjoni Richmond, il-Caritas, u l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali ta’ Gozo.
Fi tmiem is-singathon, il-Kap Eżekuttiv ta’ Xjenza Malta, Silvio Scerri, stqarr li:
“Xjenza Malta hija dejjem miftuħa biex tappoġġja inizjattivi ta’ dan it-tip. Bħala entità, aħna impenjati li nkomplu naħdmu biex inżidu l-għarfien dwar is-saħħa mentali permezz tal-mezzi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna. Din kienet wirja ta’ reżiljenza minn Ozzy Lino, li kien il-forza ewlenija.”
wara din is-singathon, u jistħoqqlu tifħir għall-isforz kbir li għamel matul it-48 siegħa biex jiżgura li din l-inizjattiva tkun suċċess kbir.”
Xjenza Malta tirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa b'kull mod possibbli għal din il-kawża nobbli.
“Grazzi lil kulħadd. Ninsab emozzjonat u kuntent li stajna nagħtu dan il-kontribut. Flimkien, nistgħu nkissru dan l-istigma inġusta ħafna,” ikkonkluda l-Kap Eżekuttiv Silvio Scerri.
Ozzy Lino esprima wkoll kliem ta’ tifħir għall-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Silvio Scerri. Huwa qal li kull meta avviċina lis-CEO, sab li kien sors kbir ta’ appoġġ, għax jemmen fil-kawża ġusta li tiżdied l-għarfien u li tingħata għajnuna lil dawk fil-bżonn fil-qasam tas-saħħa mentali.

