L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), flimkien ma’ Xjenza Malta, nieda l-EIT Regional Innovation Booster f’Malta waqt avveniment li sar fil-Planetarium Hall ta’ Esplora, il-Kalkara. Il-programm huwa mfassal biex jappoġġa negozji ġodda b’potenzjal għoli jespandu fis-swieq internazzjonali, u b’hekk isaħħaħ l-innovazzjoni f’pajjiżi innovaturi emerġenti u moderati madwar l-Ewropa. Malta hija t-tieni pajjiż li ngħaqad ma’ din l-inizjattiva, wara proġett pilota ta’ suċċess fil-Polonja fl-2025.
L-EIT Regional Innovation Booster huwa inizjattiva pilota ewlenija li tindirizza d-distakk fl-innovazzjoni fl-Ewropa billi tipprovdi appoġġ imfassal apposta lil negozji ġodda b’potenzjal qawwi ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-edizzjoni ta’ Malta tiffoka fuq negozji ġodda b’soluzzjonijiet fil-Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika (TRL 7) jew ogħla f’setturi li jinkludu l-klima, il-kultura u l-kreattività, id-diġitali, l-enerġija, l-ikel u t-teknoloġija agrikola, il-kura tas-saħħa, il-materja prima u l-mobbiltà urbana.
Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, Dr Melchior Cini, Direttur tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fi ħdan Xjenza Malta, qal li, “Malta qed issawwar b’mod attiv il-futur tagħha bħala ċentru għall-innovazzjoni, l-intraprenditorija u t-tkabbir xprunat mit-talent. Dan jirrikjedi l-ħolqien tal-perkorsi meħtieġa għar-riċerkaturi, l-innovaturi u l-persuni b’ideat innovattivi sabiex jittrasformaw l-għarfien f’soluzzjonijiet applikabbli, intrapriżi sostenibbli u opportunitajiet li jistgħu jespandu.”
Waqt li kien qed jindirizza l-konferenza, Adam Rottenbacher, Kap tal-Operazzjonijiet tal-EIT, irrimarka li, “Dan mhuwiex sempliċiment aċċeleratur ieħor, iżda skema maħluqa b’mod konġunt mas-sħab nazzjonali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet reali tal-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali. L-Ewropa m’għandhiex nuqqas ta’ innovazzjoni, imma nieqsa mill-iskala. Permezz tal-EIT Regional Innovation Booster, ngħinu negozji ġodda jimxu aktar malajr mill-fażi ta’ ideat b’saħħithom għal preżenza reali. Malta tixhed kif ekosistemi iżgħar jista’ jkollhom rwol sinifikanti meta jingħataw l-għodod, il-konnessjonijiet u l-appoġġ lokali meħtieġa biex jikbru internazzjonalment.”
Il-programm se jappoġġa negozji ġodda permezz ta’ proċess strutturat ta’ scale-up iffukat fuq it-tħejjija għas-suq, l-internazzjonalizzazzjoni u l-aċċess għall-investituri. Il-parteċipanti se jirċievu mentoring, gwida strateġika, opportunitajiet ta’ networking u jingħataw aċċess għan-network usa’ tal-innovazzjoni tal-EIT. Negozji ġodda magħżula jistgħu wkoll jikkwalifikaw għal appoġġ finanzjarju biex jgħinhom fl-espansjoni kummerċjali u d-dħul fis-suq.
L-applikanti eliġibbli jridu jkunu SMEs irreġistrati legalment u joperaw f’Malta qabel it-tnedija tas-sejħa, japplikaw bħala entità waħda, b’soluzzjoni ta’ TRL 7 jew ogħla, u jkollhom il-pussess tal-proprjetà intellettwali, jew id-drittijiet sħaħ li jisfruttawha.
The call for applications opens on 14 May 2026 and closes on 15 July 2026 at 23:59 CEST. Applications must be submitted in English through the online application form.
More information about the programme is available here: Click here for more information on the programme.
L-EIT Regional Innovation Booster huwa parti mill-EIT Regional Innovation Scheme (EIT RIS), imnedija fl-2014 biex ittejjeb il-prestazzjoni tal-innovazzjoni f’pajjiżi klassifikati bħala innovaturi emerġenti jew moderati taħt il-European Innovation Scoreboard.
Click here to access all presentations shown during the event.


