🗓️ 29 ta’ Ottubru | 10:00–12:00 | Is-Sala tal-Planetarium ta’ Esplora | “Meet the Researcher”
🗓️ 29 ta’ Ottubru | 13:00–18:00 | Is-Sala tal-Planetarium ta’ Esplora | Konferenza tar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ Xjenza Malta – ‘The Value of Fundamental Research’ u Ċerimonja tal-Premjijiet
Il-jiem annwali tar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ Xjenza Malta 2026 se jsiru nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru u l-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru. Bi pjaċir noffru din il-pjattaforma sabiex ir-riċerkaturi jkunu jistgħu jippreżentaw proġetti kompluti ffinanzjati permezz ta’ Xjenza Malta li progressaw minn riċerka bażika għal riċerka applikata. Il-programm jinkludi preżentazzjoni tal-proġetti sinifikanti ta’ Xjenza Malta, diskors ewlieni dwar il-valur tar-riċerka fundamentali, u diskussjoni f’panel li tesplora l-vjaġġ minn riċerka bażika għal riċerka applikata. Il-ġurnata tintemm b’Ċerimonja tal-Premjijiet, segwita minn networking drinks.
Segwi dan l-ispazju għal aktar informazzjoni.


