🌐 Xjenza Malta u l-Malta Crafts Foundation għandhom il-pjaċir jistidnuk għal avveniment ta' Science-Meets-Policy fil-qafas tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għas-Settur tal-Artiġjanat f’Malta 2024-2030. Dan l-avveniment huwa maħsub speċifikament għar-riċerkaturi u innovaturi f'dan il-qasam, u joffri opportunità eċċellenti biex tagħtu l-kontribut tagħkom permezz tal-għarfien tagħkom sabiex tinbena politika pubblika iktar effettiva.
📊 L-aġenda tista' ssibha hawn: Niżżel l-aġenda issa!
📅 Data u ħin: 20 ta' Frar 2025 | 9:00AM – 11:30AM
📍 Post: Planetarium Hall, Villa Bighi, Kalkara
🔗 Ikklikkja hawn biex tirreġistra sat-13 ta' Frar 2025
📄 Esplora d-dokument ta’ konsultazzjoni: Iftaħ il-websajt tal-konsultazzjoni.