L-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u Xjenza Malta jistiednuk għall- Briefing tat-Tieni Sejħa PECS tal-ESA għal Malta . Din hija opportunità kbira għall-kumpaniji u l-istituzzjonijiet kollha li huma interessati fl-Applikazzjonijiet u s-Servizzi Spazjali biex japplikaw għal offerti biex iwettqu riċerka u żvilupp f’dan is-settur wiesa’ u li qed jikber malajr.
F’din is-sejħa l-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għall-offerti fl-Ispazju Upstream, Downstream, fi programmi Edukattivi u ta’ Żvilupp relatati mal-Ispazju, u biex jipparteċipaw fi Proġetti Xjentifiċi tal-ESA.
Stake Holders interessati mis-Setturi Privati, Pubbliċi u Akkademiċi huma mħeġġa jattendu għal dan il-briefing fejn l-ESA se tkun qed tipprovdi taħriġ għal kandidati potenzjali dwar kif japplikaw għall-offerti tal-ESA taħt l-arranġament tal-PECS Malti. L-applikanti interessati jistgħu jibbukkjaw laqgħa waħda għal waħda ma’ rappreżentant tal-ESA biex jiddiskutu l-proposti tal-proġett tagħhom.
L-applikanti mill-Università ta’ Malta u l-MCAST se jkunu jistgħu jibbukkjaw laqgħat one-to-one fis- 17 ta ’ Ottubru li se jkunu ospitati fl-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-ħinijiet għal dawn is-sessjonijiet huma speċifikati fil-formola ta’ reġistrazzjoni.
Applikanti mis-settur Privat u Pubbliku laqgħat one-to-one se jkunu ospitati fix-Xjenza Malta, Villa Bighi, il-Kalkara fit-18 ta ’ Ottubru. Ikklikkja hawn biex tirreġistra għall-avveniment: Reġistrazzjoni
Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa tal-ESA PECS għall-2025 ikkuntattja lil Dr Michael Quinton fuq michael.quinton@gov.mt jew lis-Sur Glenn Attard fuq glenn.attard.1@gov.mt , jew lis-Sur Kenneth Cassar fuq kenneth.cassar.1@gov.mt