Xjenza Malta qed tirċievi proposti għal programm ‘Technology Development Programme.

Dan huwa programm nazzjonali ta’ fondi li l-għan tiegħu huwa li jwassal għal-titjib sostanzjali tal-prodott jew servizz permezz ta’ kollaborazzjoni estensiva bejn entitajiet pubbliċi u privati. konsorzji magħmulin minn entitajiet pubbliċi u atturi tal-industrija

IT-TDP jipprovdi sostenn finanzjarju sa massimu ta’ €500,000 għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni f’dawn l-‘Smart Specialisation Areas’:

  • Avjazzjoni u aerospazzjali
  • Teknoloġija Diġitali tal-Futur
  • Saħħa u Benesseri
  • Baħar u Teknologija Marittima
  • Manifattura Intelliġenti
  • Użu Sostenibbli tar-Riżorsi

Sabiex tapplika għal dan il-programm ta fondi, it-teknologija trid tkun qegħda fil-livell (TRL4) bil-ħsieb li sakemm jintemm il-proġett din tiżdied għal TRL7. Fit-Technology Development Programme il-proġetti jistgħu idumu bejn 24 u 36 xahar u dawn ikomplu jibnu fuq ir-riżultati li joħorġu fiż-żewġ stadji tal-Commercialisation Voucher Programme :

  • Iċċekkjar tal-propjeta intelletwali: (Jiġu identifikati l-elementi innovattivi tat-teknoloġija)
  • Test tal-vijabilità tal-Kummerċjaliżżazzjoni (valutazzjoni tar-riċerka fis-suq u l-impatt ekonomiku)

L-applikanti jistgħu wkoll japplikaw għal-CVP u jirċievu fondi addizzjonali ta’ €14,000 sabiex qabel jibdew il-proġett tat-TDP, ikunu jistgħu jagħmlu l-attivitajiet tal-CVP.

Il-proġetti kollha jiġu evalwati minn bord ta’ esperti indipendenti mwaqqaf minn Xjenza Malta li jevalwa l-proġetti abażi tal-kriterji imsemmija fir-regoli ta’ parteċipazzjoni ta’ din is-sejħa. Applikanti inreressati għandhom jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom b’mod elettroniku fuq rtdi.xjenzamalta@gov.mt u jżommu kkupjata lil Dr Alessandra Loria fuq alessandra.loria@gov.mt bit-titlu ‘TDP 2024 – Applikazzjoni’. L-iskadenza għas-sottomissjonijiet hija il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2025 fil-11.59pm. Kull applikazzjoni għandha tkun datata u ffirmata mill-applikant u ir-rappreżentant legali. Kull applikazzjoni għandha tkun rikonoxxuta permezz ta’ ittre. L-applikazzjonijiet li jaslu tard jew li ma jkunux mimlija kif suppost ma jiġux ikkunsidrati.

Ser tinżamm sessjoni ta’ informazzjoni ‘online’ sabiex jingħataw iktar dettalji dwar is-sejħa tat-TDP 2024. Din is-sessjoni ser issir il-ħamis 28 ta’ Novembru 2024 fl-10.00am. Biex tirreġistra għal din is-sessjoni ta’ informazzjoni jekk jogħgbok għafas hawn. Iktar informazzjoni tinsab fuq id-dokumenti mehmuża ma’ din is-sejħa. Dawk interessati jistgħu wkoll jikkuntattjaw lil Dr Alessandra Loria fuq 2360211.

TDP 2024 Regoli dwar għajnuna mill-Istat

TDP 2024 Regoli għall-Parteċipazzjoni Għażla B

Formola ta' Applikazzjoni għall-Proposta TDP 2024

Dikjarazzjoni mill-Entitajiet Pubbliċi li mhumiex RKDO’s

Dikjarazzjoni ta’ De Minimis

  Dikjarazzjoni dwar id-daqs u d-diffikulta tal-intrapriża (GBER)

Dikrazzjoni tal-Intensità tal-għajnuna miżjuda (GBER)

Formola tat-tfassil tal-Baġit

Formola ta' dikjarazzjoni RKDO

Formola ta' Dikjarazzjonijiet Addizzjonali