Xjenza Malta għandha l-pjaċir tħabbar il-ftuħ tar-Raba’ Sejħa tal-Malta PECS taħt il-Pjan tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) għall-Istati Kooperattivi Ewropej (PECS). Din is-sejħa tipprovdi opportunitajiet għal kumpaniji u organizzazzjonijiet ibbażati f’Malta biex jissottomettu proposti għal varjetà ta’ attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp relatati mal-ispazju. Is-sejħa tiftaħ fl-1 ta’ Ġunju 2026 u se tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Ġunju 2026 fis-13:00 CET.
Kif Tapplika
L-applikanti kollha jridu jirreġistraw fuq il-Pjattaforma tal-ESA Star biex jissottomettu l-proposti tagħhom:
Ikklikkja biex toħloq kont tal-ESA Star
Tipi ta’ attivitajiet għar-raba’ sejħa ewlenija tal-ESA PECS f’Malta:
Tip A – Attività ta’ riċerka u ta’ tħejjija bħal studji/dimostraturi ta’ fattibbiltà, xogħol ta’ disinn kunċettwali, stħarriġ tal-kompetizzjoni fis-suq, rekwiżiti tal-utenti u dimostraturi breadboard immirati lejn it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fi programmi fakultattivi tal-ESA jew il-passi inizjali ta’ żvilupp ta’ prodott għall-ispazju.
- Prezz massimu tal-offerta: €175,000.
- Rekwiżit TRL: Minimu fil-bidu TRL 1 u massimu fit-tmiem TRL 3.
- Kuntrattur Ewlieni: Immexxi mill-industrija, universitajiet/organizzazzjonijiet ta’ riċerka jew entitajiet nazzjonali oħra skont il-kuntest.
- Tul ta’ żmien mistenni tal-attività: 9–15-il xahar.
Tip B – Attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp biex jinbnew kompetenzi u kapaċitajiet iċċentrati fuq prodotti jew żvilupp ta’ teknoloġija ġenerika b’potenzjal għal użu mill-ġdid f’missjonijiet tal-ESA jew dawk kummerċjali.
Jinkludu t-tagħmir (komunikazzjoni fuq l-art jew tagħbija xjentifika spazjali) u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi ta’ manifattura (żieda fil-Manufacturing Readiness Level).
It-tagħmir tal-art u s-sistemi ta’ operazzjoni tal-missjoni (EGSE, MSC, OGSE, stazzjonijiet tal-art jew tagħmir relatat mal-ittestjar) jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll jekk jintwera b’mod ċar li dawn iwasslu għal prodott/servizz rikorrenti.
Jinkludu żviluppi downstream ta’ livell TRL medju bħala żviluppi “mhux hardware”.
- Prezz massimu: Mhux aktar minn €400,000 għal attivitajiet ta’ żvilupp tal-hardware u €250,000 għall-attivitajiet l-oħra kollha.
- Rekwiżit TRL: Minimu fil-bidu TRL 3 u massimu fit-tmiem TRL 5.
- Kuntrattur Ewlieni: Preferibbilment għandu jitmexxa mill-industrija u preferibbilment jinkludi klijent aħħari potenzjali. Kooperazzjoni mal-akkademja hija mħeġġa.
- Tul ta’ żmien mistenni tal-attività: 15–24 xahar.
Tip D – Attivitajiet tax-xjenza spazjali li jappoġġaw l-involviment ta’ riċerkaturi Maltin fi Proġetti Spazjali tal-ESA li jwasslu għall-potenzjal għal involviment futur fit-tim ewlieni ta’ missjoni xjentifika tal-ESA u l-pubblikazzjoni ta’ papers xjentifiċi peer-reviewed.
Iridu jinvolvu jew (a) l-użu ta’ data tax-Xjenza Spazjali tal-ESA għar-riċerka xjentifika, jew (b) enfasi fuq id-disinn kunċettwali ta’ tagħbijiet xjentifiċi b’potenzjal għall-użu f’Missjonijiet tax-Xjenza tal-ESA futuri li qegħdin jiġu kkunsidrati jew fi proposti għal sejħiet futuri tal-ESA għal Missjonijiet Spazjali ġodda.
- Prezz massimu: Prezz ta’ mhux aktar minn €80,000.
- Kuntrattur Ewlieni: Għandu jkun immexxi mill-akkademja u jrid jinkludi entità mhux Maltija b’esperjenza fit-tim xjentifiku ewlieni tal-ESA.
- Tul ta’ żmien mistenni tal-attività: 36 xahar.
Tip F - Applikazzjonijiet Spazjali (downstream)- prodotti u servizzi li jagħmlu użu mill-ESA/infrastruttura spazjali Ewropea li diġà teżisti jew li hija mistennija topera fil-futur qrib. L-għan huwa li tiġi żgurata l-introduzzjoni ta’ prodott lill-ewwel klijent u li jidħol fil-katini tal-provvista tal-klijenti.
- Prezz massimu: Prezz ta’ mhux aktar minn €250,000.
- Rekwiżit TRL: Minimu fil-bidu TRL 5 u jrid jinkiseb TRL 8.
- Kuntrattur Ewlieni: Għandu jitmexxa mill-industrija bil-kapaċità li jikkummerċjalizza s-servizz. Irid jinkludi utent finali bħala sottokuntrattur. Jista’ jinkludi l-akkademja għal appoġġ tekniku; irid ikun kofinanzjat f’livell minimu ta’ 25% tal-ispiża totali tal-attività (eż. jekk l-ESA tħallas €150k, l-ispiża totali ma tistax taqbeż €200k). L-ebda profitt mhu permess. Ma jistax jintuża għal xenarji ripetittivi ta’ uptake ta’ prodotti—għall-ewwel klijent biss.
- Tul ta’ żmien mistenni tal-attività: L-ebda tul ta’ żmien speċifiku indikat..
Tip G – Attivitajiet edukattivi
G1Korsijiet universitarji (żvilupp ta’ modules addizzjonali għal lawrja eżistenti BSc jew MSc) li jwasslu għal kwalifika f’suġġetti relatati mal-ispazju li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-industrija spazjali Maltija u biex jinkoraġġixxu karrieri fis-settur spazjali u jindirizzaw il-ħtiġijiet nazzjonali tal-industrija spazjali.
- Prezz massimu: Prezz ta’ mhux aktar minn €75,000.
- Rekwiżit TRL: Mhux applikabbli.
- Kuntrattur Ewlieni: Għandu jitmexxa mill-akkademja.
- Tul ta’ żmien mistenni tal-attività: Massimu ta’ 36 xahar.
IR-RABA’ SEJĦA FISSA GĦAL PROPOSTI TAĦT IL-PJAN GĦALL-ISTATI KOOPERATTIVI EWROPEJ (PECS) F’MALTA ġiet imħabbra fuq il-paġna ESA Star Publication: ESA Star Publication
Għas-sejħa separata tal-ESA PECS PhD, il-kriterji li ġejjin jipprovdu informazzjoni rigward din l-applikazzjoni.
Tip G2 Teżi tal-PhD li tikkorrispondi għall-ħtiġijiet mill-Industrija Spazjali Maltija u li twassal għal żvilupp ta’ prodott jew servizz industrijali ġdid. L-industrija hija meħtieġa tippreżenta ittra ta’ intenzjoni għat-Teżi tal-PhD biex tiżgura l-adozzjoni kummerċjali futura tax-xogħol iffinanzjat.
Il-PhD għandha tkun kofinanzjata mill-iskema nazzjonali Requesting Party Activity Scheme u minn sieħeb industrijali nazzjonali. Fi kliem ieħor, l-idea tiegħek trid tkun taqbel mal-objettivi programmatiċi tal-iskema kif deskritt hawn taħt:
- Benefiċċju potenzjali għall-industrija nazzjonali fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi spazjali attwali u futuri tagħhom.
- Potenzjal li jiġu żgurati relazzjonijiet akkademiċi-industrijali fit-tul.
- Benefiċċju potenzjali għall-istudent għal impjieg futur fis-settur spazjali.
- Benefiċċju potenzjali għall-akkademja għal riċerka kontinwa dwar suġġetti relatati mal-ispazju.
- b’mod partikolari, l-idea trid toħroġ mill-ħtieġa tal-industrija nazzjonali għal aktar riċerka dwar prodotti u servizzi futuri potenzjali qabel ma timpenja ruħha għall-iżvilupp tagħhom jew il-ħtieġa tal-industrija nazzjonali li tifhem il-fiżika, il-kimika jew l-imġiba tal-prodotti u s-servizzi spazjali eżistenti tagħha f’kundizzjonijiet/durazzjonijiet estremi aktar profondi, eċċ.
- Prezz massimu: Prezz ta’ mhux aktar minn €75,000 għal kull PhD (3 proposti għandhom jiġu ffinanzjati).
- Rekwiżit TRL: Mhux applikabbli.
- Kuntrattur Ewlieni: Għandu jitmexxa mill-akkademja. L-industrija trid tkun involuta bħala sieħeb fid-definizzjoni tal-korsijiet, tal-lezzjonijiet prattiċi u/jew tas-suġġetti.
- Tul ta’ żmien mistenni tal-attività: Massimu ta’ 36 xahar.
IS-SEJĦA FISSA GĦAL PROPOSTI GĦAL ATTIVITAJIET TA’ RIĊERKA KOFINANZJATI (TEŻIJIET TAL-PhD) TAĦT IL-PJAN GĦALL-ISTATI KOOPERATTIVI EWROPEJ (PECS) F’MALTA ġiet imħabbra fuq il-paġna ESA Star Publication: ESA Star Publication
Informazzjoni dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħek
Biex tissottometti applikazzjoni għal dawn is-sejħiet, jekk jogħġbok uża l-pjattaforma tal-ESA Star Publication. Ġentilment ikkonsulta din il-pjattaforma wkoll għal kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok dwar xi waħda mis-sejħiet. Ladarba tkun infetħet is-sejħa, rappreżentanti mill-ESA jew minn Xjenza Malta ma jitħallewx iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
Għal aktar dettalji dwar l-ESA PECS, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: Is-Sur Benedek Forro – Benedek.forro@gov.mt


