Xjenza Malta tixtieq tistieden lill-partijiet interessati kollha mis-settur privat u dak pubbliku, kif ukoll mill-akkademja biex jattendu s-sessjoni ta’ informazzjoni dwar l-ESA PECS li se ssir fit-13 ta’ Ottubru 2026.
Din is-sessjoni se tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tifhem kif tista’ tapplika għal finanzjament biex tkompli r-riċerka u l-iżvilupp tiegħek fis-settur spazjali. Dan l-avveniment se jiġi organizzat fis-Sala tal-Planetarium, l-Esplora, fejn l-ESA se tipprovdi diversi workshops biex jiggwidawk matul il-proċess tal-applikazzjoni għat-tenders tal-ESA.
Il-parteċipanti kollha jistgħu wkoll jibbukkjaw sessjoni one-to-one bil-quddiem. Din is-sessjoni tipprovdilek aċċess esklussiv għal laqgħa mal-esperti tal-ESA, fejn tista’ tiddiskuti proposti potenzjali ta’ proġetti.
Biex tirreġistra għal dan l-avveniment, ġentilment uża l-link provduta: Click here to register for the event.
Click here to view the agenda.
Għal kwalunkwe mistoqsija dwar is-Sejħa MT5 tal-ESA PECS 2026, jekk jogħġbok ikkuntattja lil space.xjenzamalta@gov.mt


