Ir-Research Excellence Programme (REP) huwa programm li jipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat lejn kull tip ta' riċerka fi stadju bikri, bi standard ta' eċċellenza għolja.

L-għan ewlieni tal-programm huwa li jħeġġeġ it-tkabbir ta' għarfien ġdid permezz ta' evidenza sperimentali li ssegwi ipoteżijiet xjentifiċi.

Entitajiet pubbliċi u privati Maltin lokali huma eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju sa massimu ta’ €100,000 għal proġetti fuq perjodu ta’ 18-il xahar.

Sessjoni ta' informazzjoni saret online fl- 14 ta' Mejju fl-10am. Ikklikkja biex tara s-sessjoni ta' informazzjoni rrekordjata.

Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa ta’ din is-sena, jekk jogħġbok irreferi għar-regoli tal-parteċipazzjoni u l-formola tal-applikazzjoni. Annessi addizzjonali jistgħu jitniżżlu mill-paġna tar-riżorsi.

Jekk jogħġbok ibgħat id-dokumenti kollha speċifikati fir-regoli tal-parteċipazzjoni fuq rep.xjenzamalta@gov.mt sal-24 ta' Ġunju 2025.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja:

Is-Sinjura Giulia Aquilina fuq giulia.aquilina@gov.mt (+356) 23602197 u/jew is-Sinjura Enya-Maria Haber fuq enya-maria.haber@gov.mt (+356) 23602253.

Agħfas hawn biex tniżżel il-Formola tal-Applikazzjoni

Agħfas hawn biex Tniżżel ir-Regoli Nazzjonali tal-Parteċipazzjoni (Għajnuna mill-Istat)

Agħfas hawn biex Tniżżel ir-Regoli Nazzjonali tal-Parteċipazzjoni (Għajnuna Mhux Statali)

Karigi Relatati